Ġorġ Mallia huwa akkademiku
tal-kommunikazzjoni, awtur u kartunist li jaħdem fuq il-gżira ta'
Malta. Huwa senior
lecturer fil-Fakultà
tal-Midja u x-Xjenzi tal-Għerf, fl-Università ta' Malta.
Għandu B.A.(Hons) fil-Letteratura
Ingliża u M.A. fil-Kommunikazzjoni, it-tnejn mill-Università ta'
Malta, u Ph.D fit-Teknoloġija tat-Tagħlim mill-Università ta'
Sheffield, l-Ingilterra. Jispeċjalizza fil-Midja tal-Istampar u l-Preżentazzjoni,
Komunikazzjoni Personali, Branding Personali, u d-Disinn u t-Teknoloġija
tat-Tagħlim (l-aktar it-Trasferiment tat-Tagħlim). Ir-riċerka li
qiegħed jagħmel bħalissa hija prinċipalment fuq il-bidla fl-ipproċessar
konjittiv imqanqla mill-użu qawwi tat-teknoloġiji l-ġodda
tal-kommunikazzjoni. Taqsima qasira dwar l-interessi akkademiċi
tiegħu tinstab f'din il-websajt.
Ippreżenta f'għadd ta' konferenza
internazzjonli, u ppubblika fl-oqsma li hu espert fihom. Huwa
guest lecturer fl-Università ta'
Malmö, u llekċerja
wkoll fl-Università ta'
Lund, it-tnejn fl-Isvezja.
Ġorġ Mallia ppubblika kotba ta' stejjer
għat-tfal, li huma wkoll illustrati minnu, kif ukoll kotba ta'
novelli esperimentali. Ipproduċa dik li kienet fi żmienha l-unika
strixxa ta' komiks soċjo-politika fil-pajjiż (One Family) f'The
Sunday Times bejn l-1993 u l-2008. Ippubblika estensivament (bil-Malti
u bl-Ingliż) kemm fl-oqsma akkademiċi li jinteressaw, kif ukoll
kreattivament, stejjer għaż-żgħar u għall-kbar. Il-kotba tiegħu dwar
"Pullu" għat-tfal żgħar ħafna huma fost l-aktar kotba li nbiegħu
għal dik l-età f'Malta.
Dr Mallia pproduċa u ppreżenta wkoll
għadd ta' programmi fuq it-televiżjoni nazzjonali u fuq ir-radju.
Bħalissa hu l-president tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f'Malta.
CV sħiħa tinsab f'dan is-sit.